Huma bosta l-ħaddiema li jħossuhom iddimotivati għax iqiesu li mhux jitħallsu biżżejjed tax-xogħol u għall-isforzi li jagħmlu għal min iħaddimhom.
Biex jilqgħu għal dan, bosta kumpaniji madwar id-dinja daħlu sistema innovattiva li tippermetti lill-ħaddiema nfushom jagħżlu s-salarju tagħhom. F’Malta l-kumpanija tal-betting Smarkets kienet minn ta’ quddiem li introduċiet din is-sistema u jidher li qed tagħti l-frott mixtieq.
Id-direttur tal-kumpanija, Ian Cilia qal li l-kumpanija adottat sistema li jekk ħaddiem jaħseb li ħaqqu ż-żieda huwa joħloq argument biex jikkonvinċi lill-kollegi tiegħu u lil min iħaddmu u ħafna drabi iż-żieda tkun approvata.
Hija attraenti fis-sens li inti mhux trid toqgħod tistenna li xi ħadd joffrilek żieda. Jekk inti taħseb li ħaqqek żieda, tista’ tagħmel l-argument tiegħek ma’ sħabek u mal-kumpanija. Hemm proċess li nsegwu imma ħafna drabi d-domanda ta’ żieda tintlaqa’ jekk tkun domanda raġonevoli.
L-impjegati fosthom għoxrin Malti huma liberi li jagħżlu fuq xiex jaħdmu għax ħadd m’huwa fuq ħadd u l-ħaddiema huma kollha ugwali. Dan filwaqt li l-kumpanija taħseb ukoll għal-ikel tal-ħaddiema. Din is-sistema, għalkemm hija waħda unika, għenet lil kumpanija tikseb bosta suċċessi. Fosthom, ġiet rinomata bħala waħda mill-iktar kumpaniji tal-Fintech li kibret b’rata mgħaġġla.
Il-kap eżekuttiv tal-kumpanija Jason Trost qalilna kif il-kumpanija kibret tant li nfirxet f’għadd ta’ pajjiżi differenti. Is-Sur Trost saħaq li pajjiżna kien wieħed mill-iktar pajjiżi attraenti biex jiftaħ il-kumpanija tiegħu hawnhekk.
When I was looking at a place to get a betting license ten years ago, there was about four to five countries. I visited most of them and Malta really stood out. It had a friendly business environment, people spoke English, and the legal system is very close to the legal system. So it made it a natural place to set up our business.