Hekk kif l-elezzjoni daħlet fit-tieni ġimgħa tagħha, f’dan il-filmat tistà tara l-impenji tal-Prim Ministru mill-ewwel ġurnata ta’ tħabbira fl-1 ta’ Mejju fi pjazza Kastilja. Il-Prim Ministru f’din il-ġimgħa ltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies filwaqt li indirizza numru ta’ attivitajiet politiċi. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll il-ħames prijoritajiet ewlenin li qed ipoġġi quddiem l-elettorat.
Iżda l-impenji tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat komplew mat-tieni ġimgħa tal-kampanja hekk kif illum wasalna fl-10 jum tal-Kampanja:”L-aqwa żmien ta’ pajjiżna.” Fil-fatt matul din il-ġimgħa tħabbru ukoll ħames prijoritajiet oħra li se jkunu qed jitwettqu ladarba jiġi elett Gvern Laburista.
Agħfas fuq din il-link biex tara l-proposti li tħabbru sa issa mill-Partit Laburista.