Mill-iskeda l-ġdida ta’ Ottubru, se naraw ir-ritorn ta’ Hermann Bonaci fuq ONE. Bl-esperjenza vasta u bil-personalita’ maħbuba tiegħu, Hermann se jkun qed iwassal programm ġdid jismu: L-IMGĦODDI. ILLUM.
F’dan il-programm, darba fil-ġimgħa, Hermann se jistieden personalitajiet li sawru l-istorja tal-istazzjonijiet ONE. Se jlaqqana’ ma uċuħ familjari fil-qasam tax-xandir, se jitkellem dwar xandara li m’għadhomx magħna u m’oħrajn li ilhom ma jidhru.

”Se nġeddu ħafna memorji u nisimgħu ħafna esperjenzi f’dan il-programm mimli ritratti u filmati esklussivi. Niltaqgħu fl-iskeda ta’ Ottubru fuq ONE”
HERMANN BONACI

Ara hawn il-promozzjoni ta’ dan il-programm