Aktar kmieni dan ix-xahar, il-bastiment MV Maria kien qed isalpa minn-nofsinhar tal-Port il-Kbir.
Difett ta’ natura mekkanika wasslet biex dan ħabat ma’ bastiment tal-merkanizja ieħor, u bastiment tas-sajd bl-isem ‘Angela Arcella’. Dan tal-aħħar spiċċa għereq f’Laboratory Wharf.
Cassar Ship Repair intalbu jwettqu ħidma fuq dan il-bastiment mgħerreq minn Transport Malta, sabiex qabelxejn ma jkunx hemm tixrid ta’ żejt bil-baħar.
Hawn tistgħu taraw il-ħidma li kellha ssir, li ma kinitx faċli minħabba l-post fejn għereq il-vapur, li huwa post strateġiku kif jidher fil-filmat. Fattur ieħor kien il-mod li bih il-bastiment għereq laġenba u għalhekk kellu jiddawwar biex setgħet tkun eżaminata l-ħsara.
Ħaddiema wettqu xogħol 24 siegħa kuljum biex żammew mhux biss żejt imma anke partijiet mill-bestiment stess milli jmorru fil-baħar.
Issa l-Angela Arcella mistenijja tittieħed għand Cassar Ship Repair.
https://www.youtube.com/watch?v=vI6LK-v2EUQ