Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali juru l-ġmiel tas-saqaf antik tas-Sacra Infermeria; dik li llum hija magħrufa aktar bħala Dar il-Mediterran. Dan wara li grupp ta’ fotografi marru jieħdu ritratti tal-istrutturi antiki.
Dan is-saqaf ġie rrestawrat madwar sentejn ilu u llum jinsab fi stat tajjeb. Ix-xogħol kien sar mill-Fondazzjoni ta’ Dar il-Mediterran.
Dan il-post meraviljuż inbena fuq insistenza tal-Gran Mastru Jean de la Cassiere u l-bini beda fis-sena 1574. L-iskop kien li jagħti kenn lill-pazjenti speċjalment lill-pellegrini li jkunu fi triqithom lejn l-Art Imqaddsa.
Kien tkabbar fl-1636 fi żmien il-Gran Mastru Rafel Cottoner,
Fi żmien il-ħakma ta’ Napu;jun Bonaparte fl-1798, kienu saru wkoll xi alterazzjonijiet lil dan l-isptar li kien kiseb fama mondjali.
Illum Dar il-Mediterran apparti li titqies bħala ċentru storiku ta’ ċerta importanza, hija wkoll attrazzjoni għal bosta attivitajiet ta’ spettaklu ta’ kull xorta.
Ritratti: Dr. Kenneth Spiteri