Is-sensiela KWIR fuq ONE tkompli hekk kif din il-ġimgħa jixxandar l-10 episodju. L-istorja naraw kif se tkompli wara li l-maħbub ta’ Bobby, spiċċa mtajjar. Iżda mhux biss, din il-ġimgħa naraw kif Connor u Lysander ikomplu japprofondixxu r-relazzjoni tagħhom waqt li jiltaqgħu ma’ Henry, li kien performer drag fi żmien fejn il-komunità LGBTIQ+ ma kinitx aċċettata.
Permezz ta’ dan, Lysander jibda jifhem li l-identità tiegħu m’għandhiex iżżommu lura milli jsegwi l-passjoni tiegħu għall-futbol. Imma xi ħaġa kbira ġejja, għax Lysander jiskopri li għandu opportunità li tittrasformalu ħajtu.
KWIR jixxandar it-Tnejn 10 ta’ Marzu, fid-8:45pm fuq ONE