Ġew ippubblikati l-ewwel viżwali dissinjati mill-GHRC, tal-kjosks li se jkunu qed jieħdu posthom fi pjazza Tritoni l-Belt Valletta:
Il-kjosks li qabel konna naraw fid-daħla tal-Belt Valletta issa se jieħdu dehra ġdida biex jintegraw mal-pjan il-ġdid ta’ reġenerazzjoni ta’ din il-pjazza. Il-Kjosks se jkunu qed jintużaw għal attivitajiet kummerċjali u se jkunu qed joffri varjetà ta’ prodotti u servizzi għall-pubbliku. It-tibdil propost kien influwenzat mill-istrutturi storiċi tal-Belt Valletta.
Hekk kif l-operaturi tal-kjosks se jkunu magħrufa ladarba jintemm il-proċess ta’ tender. Għalhekk il-kjosks ġew disinjati biex jiprovdu flessibilità lill-operaturi li se jkunu qed joffru prodotti differenti.
Dettalji dwar il-kjosks il-ġodda:
- Il-kjosks se jibqgħu stazzjonati dejjem fl-istess post
- L-istruttura tal-kjosk hija magħmula mill-metall
- L-istruttura tal-kjosk minn barra se tkun magħmula mill-injam
- Il-kjosks se jkollhom ilma, elettriku, sistema ta’ dranaġġ u internet
- L-istrutturi huma mgħammra ukoll b’arja kondizzjonata
- Mhux se jkunu permessi imwejjed jew siġġijiet fiż-żona
- Ebda materjal ta’ reklamar m’hu se jkun jista’ jitpoġġa fuq l-istruttura tal-kjosk, l-isem tal-kjosk jista’ jidher biss ladarba l-kjosk ikun miftuħ
- Id-dimensjonijiet tal-kjosk mhux se jkunu aktar minn 4.8m X 2.4m X 2.6m
- Il-kjosk se jkun qed jingħalaq minn quddiem, iżda ladarba jinfetaħ se jkun qed jidher ġewwa tiegħu. Il-panelli tal-injam ta’ quddiem joffru minnhom infushom kenn għax-xemx, xita u elementi oħra
- Il-ħaddiema tal-kjosk se jkunu jistgħu jidħlu fil-kjosk minn wara tal-istruttura
Dan il-viżwal jispjega fejn wieħed se jkun jista’ jsib dawn il-kjosks: