Wara li n-nirien ġew ikkontrollati fil-Katedral ta’ Notre Dame f’Pariġi, bdew ħerġin l-ewwel ritratti minn ġewwa.
Il-kampnari ikoniċi jidher li ġew salvati. Madanakollu s-saqaf li kellu 850 bit-timbru tal-UNESCO bħala uniku spiċċa fix-xejn kif ukoll il-ponta Gotika li nqabdet fil-filmati ċċedi u taqa’.
In-navi wkoll ġew salvati filwaqt li għadu mhux magħruf x’ġara mill-orgni li kien irrestawrat ftit ilu. Ħafna qed jistennew ukoll biex isiru jafu x’ġara mill-famuża ‘rose window’ kollha ħġieġ ikkulurit li tmur lura għas-seklu 13.
Din kienet esperjenza li għalkemm storika, hija waħda ta’ dlam meta mhux biss Pariġi iżda d-dinja qalgħet daqqa f’dak li hu wirt uman li jmur lura bosta snin.
VIDEO: First look inside Notre Dame following fire. The Altar & Cross remain. pic.twitter.com/X6g56XTZHx
— News This Second (@NewsThisSecond) April 15, 2019