Kienu eluf ta’ kroati li nġabru fil-kapitali Zagreb biex jaraw it-tim Nazzjonali tagħhom jilgħab is-semi finali kontra l-Ingliżi. Wara logħba mimlija qtiegħ il-qalb li saħansitra kellha nofs siegħa ta’ ħin miżjud, ix-xorti daħqet lill-Kroati hekk kif fl-aħħar ftit minuti assiguraw posthom fil-finali tat-Tazza tad-Dinja permezz ta’ gowl ta’ Madzukic.
Kienu bosta li ħarġu minn darhom u ħonqu t-toroq tal-Kroazja biex jiċċelebraw din ir-rebħa bix-xufiera tat-taxis iduru mat-toroq idoqqu l-ħornijiet u s-servizz tat-tramm inbidel f’wieħed ta’ ċelebrazzjoni hekk kif f’tebqa t’għajn il-kabini żżejnu bil-bnadar u bil-flokkijiet tal-kroazja.
L-aħħar taqtieha tal-Kroati se tkun kontra Franza bil-għan li wieħed mit-timijiet jiġi nkurunat it-titlu ta’ Champion tad-Dinja.
FILMAT TA’ THE GUARDIAN