Ippreparata iżda b’ebda kontroll fuq ir-riħ. Hekk qalet ma’ one.com.mt is-Sinjura Michelle Muscat qabel bdiet l-għawma annwali tagħha li se tkopri 12-il kilometru mill-Qawra sal-bajja tal-Għadira.
Spjegat kif hi lbieraħ kien hemm twissija biex in-nies ma jmorrux jgħumu iżda llum jidher li l-forza tar-riħ naqset xi ftit biex b’hekk tagħmilha possibbli għaliha biex tkompli b’din l-isfida.