Fl-ewwel reazzjoni tagħha, Claudia Faniello li sfortunatament ilbieraħ ma rnexxiliex tagħmilha mal-finalisti tal-Eurovision li se jkantaw għada fi Kiev qalet li hija kuntenta ħafna. Stqarret li minkejja li r-riżultat ma kienx dak mistenni hija ġġorr il-bandiera ta’ Malta bi kburija.
“Grazzi talli ivvotajtu għalija biex niġi hawn u tas-sapport tagħkom minn Frar sal-lum u ninsab ċerta li se tkomplu tagħmlu dan meta niġi lura Malta. Din kienet esperjenza mill-isbaħ li se niftakar għal ħajti kollha.”
Il-kantanta Maltija qalet li l-Maltin għandhom ikunu kuntenti ukoll għax Malta tat interpretazzjoni tajba.