Il-big band Għawdxija, DCapitals flimkien mal-kantanta residenti tagħhom Francesca Sciberras ħarġu l-ewwel kanzunetta tagħhom. Il-kanzunetta li hija bil-Malti ġġib l-isem ta’ “Jekk Trid” fuq lirika ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. L-arranġament għall-big band sar minn Joe Brown.

DCapitals Big Band tiġbor fiha ħmistax-il element mużikali u hija mmexxija mid-direttur mużikali George Apap. Il-band ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar tmien snin u matul dan iż-żmien ħadet sehem f’diversi avvenimenti u tellgħet kunċerti kbar kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Dan il-proġett minn DCapitals Big Band qed isir bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Segwi hawn il-vidjo mużikali tal-kanzunetta ”Jekk trid”: