Fl-ewwel diskors tiegħu mill-ħin li ħareġ ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni għall-mexxej Laburista ġdid Robert Abela tenna messaġġ ta’ għaqda. Huwa sostna li Robert ma rebaħx u Chris Fearne ma tilifx. Bl-aktar mod konvinċenti qal li rebaħ il-Partit Laburista.
Fid-diskors tiegħu huwa qal ukoll li jrid jara l-għaqda fil-Partit kif ukoll fil-pajjiż.