L-ewwel AWLA ta’ din is-sena se jiddiskuti x-xandir lokali. Veru li l-udjenzi qed jonqsu għat-televiżjoni? X’hemm bżonn isir biex ikun hemm aktar programmi ta’ kwalità? Wasal iż-żmien għar-riforma fix-xandir lokali? Finanzjarjament nistgħu nibqgħu nsostnu l-programmi televiżivi tagħna?
Dawn il-mistoqsijiet u ħafna oħra se jiġu diskussa minn Mark Doneo, Hermann Bonaci, Ricky Caruana, Pierre Portelli u Sander Agius.
Waqt AWLA jitkellmu ukoll Steve Dalli u Justin Farrugia, mħuħ wara bosta produzzjonijiet lokali.
AWLA jixxandar it-Tlieta 7 ta’ Jannar fid-8:45pm fuq ONE