Ftit minuti wara li ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, huwa kien affaċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ġewwa l-Palazz ta’ Sant’Anton. Madankollu, huwa għoġbu jwieġeb mistoqsija mill-kmamar tal-aħbarijiet kollha ħlief dik tal-ġurnalist ta’ ONE NEWS.
Dan hekk kif sa mill-bidu, Bernard Grech evita l-mistoqsija tal-ġurnalist ta’ ONE NEWS u saħansitra baqa’ jdur fuq ġurnalisti oħrajn meta l-ġurnalist Colin Deguara kien diġà għamel il-mistoqsija.
Dan hekk kif prova jsaqsih dwar jekk jikkundannax lid-deputat Jason Azzopardi wara li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ripetutament qal li Azzopardi qiegħed jigdeb.
Kif jixhdu l-filmati Bernard Grech baqa’ jevita lill-ġurnalist tant li hekk kif kien għad fadal il-ġurnalist ta’ ONE News biss biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu huwa rringrazzja lill-ġurnalisti l-oħra u telaq. Dan għalkemm il-ġurnalist Colin Deguara ġibidlu l-attenzjoni li ripetutament huwa baqa’ jinjora l-mistoqsija ta’ ONE NEWS.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/07/bernard-grech-jiehu-l-gurament-ta-kap-tal-oppozizzjoni/