L-emozzjoni u l-eċitament dejjem jiżdied hekk kif l-awdizzjonijiet ta’ BRILLANTI SINGERS jidħlu fir-4 ġimgħa. Żgħażagħ minn madwar Malta u Għawdex u lilhinn jittantaw xortihom quddiem il-membri tal-ġurija internazzjonali: Nate Morrison, Sarah Harrison u Verdiana sabiex jirbħu total ta’ €30,000!
Min jifraħ għax għadda għall-fażi li jmiss u min rasu baxxuta hekk kif iħalli l-palk maestuż ta’ BRILLANTI SINGERS u jirritorna lejn daru. Din il-ġimgħa, s-sorpriżi ma jonqsux. Tgħid il-kantant bravu Kurt Cassar ser isaħħar il-ġurija bil-vuċi unika tiegħu? u x’ser tagħmel Nicole Hammett, din il-kantanta minn Birkirkara tant brava u versatili? Ser timpressjona lil ġurija biżżejjed biex tgħaddi għall-kwarti tal-finali? u min huma il-kor ta’ ‘l fuq minn 40 tifel u tifla li ser jifqgħu t-teatru bl-entużjażmu, l-ħlewwa u l-bravura tagħhom? u x’ser ikun id-destin tal-kantanta popolari Francesca Sciberras? tgħid il-vuċi tagħha ser tmiss il-qlub tal-ġurija tagħna? u Yulan Law, kantanta ta’ livell għoli mmens, ser toħroġ tifrah wara l-awdizzjoni tagħha? u x’ser jiġri fl-awdizzjoni ta’ Jake Borg u ta’ ħafna żgħażagħ oħra?
Ir-4 programm ta’ BRILLANTI SINGERS jixxandar l-Erbgħa 5 ta’ Marzu fid-20:45 dejjem fuq ONE