Wara waqfa ta’ ġimgħa minħabba xandiriet u programmi speċjali relatati mal-Budget, din il-ġimgħa jirritorna l-programm AWLA, id-diskussjoni tat-Tlieta filgħaxija fuq ONE.
Din il-ġimgħa AWLA se jiddiskuti s-sigurta’ fit-toroq tagħna. Fost il-mistiedna fuq il-panel tal-programm se jkun hemm is-Sur Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta.
”Meta ssuq għandek arma f’idejk li tista’ toqtol” – Moira Vassallo (attriċi)
Fil-programm se nisimgħu u naraw l-esperjenza tal-attriċi Moira Vassallo li fl-2018 tilfet lil żewġha f’inċident tat-traffiku. Moira tirrakkonta dak li ġara u kif għexet dan il-mument diffiċli.