Transport Malta ser tkun qed tinstalla l-pont tal-Imrieħel fil-jiem li ġejjin. Dallejl bejn is-2.00 u l-5.00 ta’ filgħodu tas-Sibt, ser jitneħħew strutturi bejn Ħal Far u l-Imrieħel bi preparamenti għal ġarr tal-pont bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet. Matul dawn it-tliet siegħat billejl, il-karozzi fi Triq Aldo Moro l-Marsa ser jgħaddu minn Triq Trou Bridge u Triq Prinċep Albertu.
Il-ġarr u t-tqegħid tal-pont ser isiru fil-ġranet li ġejjin. Aktar informazzjoni tingħata aktar tard.
Filwaqt li niskużaw ruħna għall-inkonvenjenza, nappellaw lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.