Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Lulju, il-Banda Queen Victoria A.D. 1865 għamlet il-programm annwali tal-festa f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu, li din is-sena qiegħda tiġi ċċelebrata bejn l-14 u l-21 ta’ Lulju. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Sumrast, iben l-Għaqda, Mro Mauro Farrugia.
Ħadu sehem wkoll il-kantata Yorika kif ukoll Rock band magħmula minn Drummer Robert Spiteri, Toni ‘Fesu’ Saliba fuq il-Bass Guitar u Jason Spiteri bl-Electric Guitar. Apparti minn hekk, kien hemm spettaklu ta’ dawl u fjammi mal-Banda.
Fl-aħħar tal-programm, kien hemm ukoll spettaklu ta’ nar sinkronizzat waqt is-silta Toccata in D minor. Dan il-programm kien ta’ livell professjonali u ta’ suċċess, li ntlaqa’ minn dawk kollha preżenti.
Ta’ min ifakkar ukoll li s-sena d-dieħla, din l-istess banda se tkun qed tfakkar il-160 sena mit-twaqqif tagħha, li hu mument importanti fl-istorja glorjuża tagħha.