Bint il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela ressqet appell sabiħ għal dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied.
F’messaġġ li għaddiet, Giorgia Mae qalet li t-tfal jieħdu pjaċir bil-Milied għaliex jiġi ċċelebrat it-twelid ta’ Ġesù Bambin filwaqt li jaqgilħu r-rigali.
Saħqet li mhux kulħadd jaqla’ r-rigali u hemm dawk it-tfal fil-bżonn li forsi ma jaqilgħux rigali bħal tfal oħra.
Għalhekk ħeġġet lit-tfal biex jixtru rigal u jiġu jpoġġuh taħt is-siġra tal-Milied li qed iżejjen pjazza Kastilja.
Dan jista’ jsir bejn għada u l-Erbgħa biex imbagħad dawn ir-rigali jingħataw lit-tfal fil-bżonn.