Intagħżlu l-14-il semifinalista ta’ BRILLANTI SINGERS wara ġimgħat ta’ emozzjonijiet u sfidi diffiċli u b’hekk din il-ġimgħa tibda l-ewwel semifinali bit-tema: Duetto.
Il-parteċipanta Dawn ser tingħaqad mal-ħabiba tal-qalb tagħha Kaya, filwaqt li Kyra u missierha Matthew ser jingħaqdu fi dwett mill-isbaħ ma’ Maxine. Ma setax jonqos li Joe Romano u Kurt Anthony jingħaqdu b’kanzunetta taljana immortali, filwaqt li Mariah u La Voix Harmonie ser ipaxxuna bit-talent u l-ħlewwa tagħhom. Yulan u Gianluca ser jgħinuna noħolmu b’ wieħed mill-isbah dwetti romantiċi li qatt inkitbu filwaqt li l-interpretazzjoni ta’ Ethan u Martina bla dubju ser tkun emozzjonanti tassew. U żgur li ma tistgħux titilfu il-prestazzjoni unika ta’ Mireille mal-bravi Point Blank!

Ħafna emozzjonijiet u ħafna sorpriżi huma lesti, hekk kif tingħaqad mal-ġurija ta’ BRILLANTI SINGERS il-brava u unika Great Manuzi – kantanta poplari Taljana li kantant mal-ifjen kantanti Taljani fothom Massimo Ranieri, Orietta Berti u bosta oħrajn. Din il-ġimgħa jingħaqad ukoll mal-ġurija, il-mistieden pjanist u kompożitur lokali, l-bravu Aleandro Spiteri Monsineur.
Semifinali verament spettakolari, BRILLANTI SINGERS l-Erbgħa 9 ta’ April fid-8:45pm fuq ONE