Hekk kif il-Partit Laburista qed iħejji għall-aħħar diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat wieħed ma jistax ma jħarisx lura u jiċċelebra l-kisbiet ta’ moviment rebbieħ immexxi minnhu.
Il-gazzetta Kullħadd tat ħarsa lejn il-kisbiet ta’ Joseph Muscat kemm bħala mexxej tal-Partit Laburista u kif ukoll bħala Prim Ministru ta’ pajjiż li f’seba’ snin irnexxielu jittrasformah f’wieħed ta’ suċċessi ekonomiċi u soċjali.
Il-Kullħadd bdiet billi fakkret kif il-Prim Ministru Muscat rebaħ kull elezzjoni mindu ħa tmun tal-partit u tal-pajjiż f’idu.
Fil-fatt mill-2008 sa l-2020 il-Partit Laburista kemm mill-Oppożizzjoni u kemm mill-Gvern rebaħ għaxar elezzjonijiet minn għaxra, biex b’hekk dan jagħmel lill-Joseph Muscat l-uniku mexxej ta’ partit politiku fl-istorja ta’ Malta li rebaħ l-elezzjonijiet kollha li kkontesta.
Prinċipali fosthom kienet dik tal-elfejn u tlettax u tul is-seba snin li segwewha, Malta kisbet suċċess ekonomiku bla ebda preċedent.
Seba’ snin wara l-bidla fil-Gvern it-tkabbir ekonomiku f’Malta kien ta’ kważi seba fil-mija, aktar minn tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea u ħamsa fil-mija aktar meta mqabbel ma’ seba’ snin qabel il-bidla fil-Gvern.
Bil-prominenza mogħtiha lill-ekonomija tal-pajjiż, il-Gvern mmexxi minn Joseph Muscat irnexxielu wkoll jdawwar l-akbar żbilanċ fil-Fond Konsolidat fl-istorja ta’ pajjiżna għal surplus ta’ 48 miljun ewro. Fil-fatt qabel il-bidla fil-Gvern pajjiżna kellu defiċit ta’ madwar 342 miljun ewro.
B’hekk, bir-rota ekonomika ddur ġmielha, żdied ix-xogħol, l-investiment fl-infrastruttura, u l-benefiċċji.
Il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi kważi 5,700 ruħ biex b’hekk l-aktar figuri riċenti juri biss 1,666 persuna jirreġistraw. Meta mqabbel ma’ amministrazzjoni nazzjonalista, Gvern Laburista naqqas b’aktar minn nofs il-persuni f’riskju ta’ faqar u l-persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali.
Dan filwaqt li fost oħrajn żied id-dħul disponibbli mejdu tal-anzjani, id-dħul disponibbli tal-familji, u l-ispiża fuq is-saħħa u l-benefiċċji soċjali.
L-ekonomija ħalliet impatti pożittivi wkoll f’Għawdex, fejn it-tkabbir ekonomimku żdied bi tnax fil-mija għal tlettax fil-mija. Dan meta taħt amministrazzjoni Nazzjonalista it-tkabbir ekonomiku f’Għawdex kien biss ta’ 1%. B’hekk illum il-ġurnata għandna aktar minn 4,000 Għawdxi jaħdem mindu kien hemm il-bidla fil-Gvern, fost aktar ċifri pożittivi.
Lil hinn mis-suċċess ekonomiku, il-legat li se jħalli warajh Joseph Muscat se jkun iddominat ukoll miż-żiedet fid-drittijiet liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Prinċipali fost dawn hija d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili. Dħul li wasal minkejja l-astensjoni tal-Oppożizzjoni. Dan flimkien mal-approvazzjoni tal-liġi dwar l-identità tal-ġeneru bil-qofol jintlaħaq fl-2017 meta pajjiżna daħħal iż-żwieġ ugwali.
Gvern immexxi minn Joseph Muscat indirizza wkoll is-sehem tal-mara fis-soċjetà. Fil-fatt permezz tal-introduzzjoni ta’ skemi bħaċ-childcare b’xejn, il-proporzjon tan-nisa fid-dinja tax-xogħol tela’ għal 65%.
Żieda ta’ aktar minn għoxrin fil-mija meta mqabbel ma’ Gvern Nazzjonalista.