L-ajruport internazzjonali ta’ Malta bħalissa huwa ddominat minn vojt kbir, hekk kif f’dan il-perjodu tħassru t-titjiriet kollha minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Dan bil-għan li dan il-virus ma jkomplix jinxtered.
Ix-xahar li għadda l-ajruport ingħalaq u t-titjiriet li bdew isiru kienu biss biex tinġab il-merkanzija. Saru titjiriet ukoll ta’ ripatrijazzjoni u biex jieħdu barranin lura f’pajjiżhom.
Fil-filmat li jidher hawn jidhru diversi ħwienet li jinsabu magħluqin ħlief għall-ispiżerija li baqgħet tiftaħ sabiex toffri servizz.