F’dibattitu fis-sala Sir Temi Zammit, quddiem studenti entużjasti biex jisimgħu x’għandhom x’joffru l-mexxejja għal Malta hekk kif il-poplu se jagħżel lil min irid imexxih għall-ħames snin li ġejjin, spikkaw l-argumenti konviċenti mill-Prim Ministru fuq diversi oqsma, mill-ambjent, għat-trasport għas-settur tal-edukazzjoni u l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni nfexx f’tgħajjir u reġa’ nqabad bla costings għal iktar minn darba f’dibattitu fejn l-istudenti stennew x’wegħdiet qed jippreżentaw il-mexxejja.
Fuq kollox, il-Prim Ministru ppreżenta l-proposti għall-futur isbaħ ta’ pajjiżna.