Din il-ġimgħa ser ikun programm li żgur lkoll mhux ser ninsew hekk kif Brillanti Dance jgħaddi għall-aħħar semifinali tiegħu – Brillanti goes Me. Wara li l-ġimgħa li għaddiet il-programm sellem liż-żewġ żeffiena Rosario u Julia, fadal issa 8 semifinalisti biss u għalhekk l-emozzjoni ser tkun bla dubju kbira sabiex inkunu nafu min minn dawn it-tmienja ser jgħaddi għall-Finalissima ta’ Brillanti Dance.
Iż-żeffiena bravi ser jagħtu saħħithom u ruħhom kollha f’din l-aħħar semifinali u l-ġurija ser tkun aktar iebsa hekk kif ser tagħżel biss il-Brillanti mis-semifinalisti li fadal! Huwa għalhekk li ser naraw liż-żeffiena f’mumenti ta’ tensjoni kbira u ta’ eċitament liema bħalu. Is-segwaċi ser jibku ma’ dawk li ser jiġu eliminati u jifirħu ma’ dawk li ser jintgħażlu għall-finali tal-ġimgħa d-dieħla.
Min ser jiġi eliminat hija l-mistoqsija fuq fomm kulhadd għaliex il-livell tas-semifinalisti li fadal huwa tassew għoli u spettakolari. Għalhekk din il-ġimgħa titilfux wieħed mill-isbaħ programmi ta’ din is-sensiela biex niskopru min ser ikunu iż-