Kull minn se jidħol fi Pjazza San Ġorġ matul dawn il-jiem se jkun jista’ jara l-aħħar preparamenti sabiex din il-pjazza tinbidel fi ġnien temporanju, bit-tema ‘Ġnien tal-Ħolm’.
Dan bħala parti mill-Valletta Green Festival li għal din is-sena se jsir mit-3 sa-7 ta’ Mejju.
Din se tkun l-akbar edizzjoni li qatt saret s’issa, u se tkun tinkludi ġnien fantastiku.
Il-festival jaċċenna max-xogħol tal-European Green Week billi jipprovdi appoġġ għall-politika ambjentali u jtejjeb l-implimentazzjoni tagħha.
Apparti l-ġnien fi Pjazza San Ġorġ se jkun hemm ukoll diversi stands, fosthom minn Ambjent Malta, l-ERA, l-EWA (Water Be The Change), Project Green, u l-Valletta Design Cluster.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/29165456/WhatsApp-Image-2023-04-29-at-16.18.38-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/29165507/WhatsApp-Image-2023-04-29-at-16.18.39-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/29165517/WhatsApp-Image-2023-04-29-at-16.18.39-1-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/29165529/WhatsApp-Image-2023-04-29-at-16.18.40-1-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/04/29165542/WhatsApp-Image-2023-04-29-at-16.18.37-1-1024x768.jpeg)