Minn arkitettura għal ikel mill-aqwa, l-Italja dejjem ibbrillat f’varjetà mill-aqwa li kkontribbwixxiet mad-dinja iżda żgur mhux forsi li bosta jistgħu jaqblu li l-akbar kontribut li għamlet f’dawn l-aħħar snin kien il-goalkeeper Gianluigi Buffon.
Goalkeeper Taljan li lbieraħ ta l-aħħar tislima tiegħu lill-klabb tal-Juventus wara 18-il sena.
Buffon ilbieraħ temm il-karriera tiegħu mal-Juventus bl-aħħar logħoba fuq nota pożittiva b’rebħa ta’ 2-1 ma’ Verona.
Buffon ħareġ mil-logħoba wara siegħa fejn intlaqa’ mill-partitarji b’għajjat, ċapċip u messaġġi ta’ tifħir.