Wara li f’Jannar li għadda, ONE beda jxandar KWIR, l-ewwel sensiela LGBTIQ+ għat-televiżjoni lokali, din il-ġimgħa, jitwassal l-aħħar episodju minn din is-sensiela.
Ġimgħa wara ġimgħa, t-Tnejn 24 ta’ Marzu jixxandar episodju 12 u l-aħħar episodju ta’ KWIR, episodju li se jkun itwal mis-soltu u li se jibda għall-ħin tat-8:35pm esklussivament fuq ONE.

X’se jiġri fl-aħħar episodju ta’ KWIR?
Se naraw lil Lysander jiltaqa’ mal-psikologu tiegħu fejn jitkellem dwar il-ġlidiet tiegħu bħala plejer tal-futbol li qed jesplora s-sesswalità tiegħu. Connor u Alicia jgħinu lil Adam jorganizza ‘Embracing Diversity Day’ għall-istudenti biex jitkellmu dwar is-suġġetti LGBTIQ. Fl-istess ħin, Arjel, omm Izan, tibda kampanja kontra dan l-avveniment, u twassal għal konfront emozzjonali. Fl-aħħar, Lysander jrid jieħu l-akbar deċiżjoni ta’ ħajtu: se jkompli l-futbol jew jibqa’ ma’ Connor?