Hekk kif BRILLANTI SINGERS wasal fuq l-għatba tal-kwarti tal-finali, din il-ġimgħa t-tensjoni hija żgur kbira hekk kif l-aħħar grupp ta’ parteċipanti jittantaw xortihom sabiex ikomplu l-avventura biex jirbħu total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fil-kant.
Din il-ġimgħa ser ikun programm verament speċjali għax it-talent li ser napprezzaw flimkien huwa wieħed tassew spettakolari! X’ser jiġri meta GianLuca jitla’ fuq il-palk kalm u kompost? Ser iħoll il-qlub tal-ġurija? U Maxine, it-tfajla li snin ilu rebħet il-Golden Buzzer fi Britain’s Got Talent ser turi lill-ġurija xi jsarrfu l-Maltin u l-Għawdxin? U s-simpatija ta’ Jilly Anne ser tgħinha takkwista post għas-semifinali? U x’ser jiġri meta Martina Cutajar titla’ fuq l-palk u l-ġurija jiskopru li apparti milli hija kantanta hija wkoll awtrici? U xi ngħidu għall-grupp Point Blank ? Dawn il-ħames żgħażagħ bravi ser jirnexxilhom iressqu l-boċċa qrib il-likk u jgħaddu għall-fażi li jmiss?
L-aħħar ġimgħa tal-awdizzjonijiet ta’ BRILLANTI SINGERS se tkun garanzija ta’ spettaklu, kompetizzjoni u emozzjonnijiet.