“Meta tikkunsidra li din hija ‘Rating Agency’ Ġermaniża, fejn il-midja Ġermaniża ġiet influwenzata ħafna mill-Politiċi hawn Malta u kien hemm ħafna allegazzjonijiet fil-konfront ta’ pajjiżna, din l-aġenzija tirrikonoxxi r-risposta u l-ħidma tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus” qal dan il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna b’reazzjoni għar-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu Scope Ratings GmBH li għall-ewwel darba tat rating ta’ A+ u stabbli għall-pajjiżna.
Il-Ministru Scicluna qal li mhux talli tatna rating tajjeb, ir-rapport jgħid li dawn l-allegzzjonijiet mhux qed iħallu effett fuq il-finanzi tal-pajjiż.
Il-Professur Scicluna qal kif issa hemm erba’ rating agencies li taw riżultati simili u pożittivi ħafna għall-pajjiżna. Spjega kif hemm 3 pilastri ewlenin li fuqhom hu mibni dan ir-rapport; Ekonomija b’saħħitha, finanzi tajbin ħafna bid-dejn qed jarawh li jinżel taħt l-40% u anke l-Kont Estern.
Fir-rapport ħareġ kif Malta qed tesporta aktar milli timporta u allura qed jinħoloq surplus li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Ġappun qed jagħmluhom.
Segwi hawn il-kumment sħiħ tal-Ministru Edward Scicluna dwar dan ir-rapport: