“Kont naf cpr imma qatt ma ħsibt li ħa nużah fuq binti ta’ 4 ijiem” dawn kienu kliem missier fuq filmat imxerred fuq Facebook mis-sensiela tal-BBC, Ambulance. Din is-sensiela tinkludi fiha telefonati u sitwazzjonijiet reali li jiltaqgħu magħhom l-ekwipaġġ tal-ambulanzi Ingliżi.
F’dan il-filmat li rawh aktar minn miljun u nofs persuna fi ftit jiem naraw kif tarbija ta’ 4 tijiem waqfet tieħu n-nifs u bis-saħħa ta’ intervent tal-missier li beda CPR u ħidma tal-paramediċi Ingliżi din l-istorja traġika malajr inbdilet f’waħda ta’ ħajja.
Sitwazzjonijiet bħal dawn ikomplu jenfasizzaw l-importanza li l-pubbliku għandu jkollu għarfien dwar l-ewwel għajnuna hekk kif inċident jista’ jiġri kullimkien u traġedja tista’ tolqot lil kulħadd.