F’din l-iskeda l-ġdida ta’ Jannar, ONE beda jxandar il-programm ‘Kif?‘, li qed jintwera kull nhar ta’ Ħadd fil-4:40pm. F’dan il-programm qed niskopru aktar dwar il-perjodu li persuna tagħmel tqila u permezz ta’ filmati qed jiġu mwieġba diversi mistoqsijiet.
Kif għandek tipprepara ġismek għat-tqala? Jeżisti żmien ideali meta persuna għandu jkollha t-tfal? Dawn u ħafna mistoqsijiet oħra jkunu s-suġġetti varji li naraw waqt ‘Kif?‘
Fl-ewwel programm, rajna r-rakkont ta’ Nikita. Rakkont uman ta’ persuna li kienet tabbuża mis-sustanzi waqt li kienet tqila. Din l-istorja misset il-qlub ta’ bosta segwaċi u tista’ terġa’ ssegwiha hawn:
Il-programm ‘Kif?‘ huwa proġett ieħor miġjub lis-segwaċi ta’ ONE mit-tim ta’ Danusan u huwa ppreżentat minn Maya Scerri li ftit tal-jiem ilu saret omm.
Apparti l-Ħadd wara nofsinhar il-programm ‘Kif?‘ ikollu repetizzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fil-10:40pm u s-Sibt fis-6:30am