Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-kmamar tal-anzjani li ftit ilu ġew rilokati minn Sant’Anna għal-lukanda f’Għawdex mibħabba l-COVID-19, huma komdi, imdawla u attrezzati b’kollox.
Camilleri qal li l-ispazji huma mifruxa fuq 2,8000 metru kwadru sabiex ma jkunu nieqsa minn xejn.
F’post il-Ministru qal li minkejja li xi ġurnali ppruvaw ipenġu stampa mod ieħor, il-verità hija differenti.
Huwa rringrazzja lil kull min għen sabiex l-anzjani tagħna jkunu salvagwardjati filwaqt li issa hemm l-Isptar Ġenerali t’Għawdex lest b’120 sodda għall-pazjenti bil-COVID-19.