Tnejn mill-aktar bajjiet popolari f’Malta, il-bajja ramlija ta’ Buġibba u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan huma lesti għall-istaġun tas-sajf wara kunsinna ta’ ramel li ġie mill-Ġordan minn Focal Maritime Services.
Aktarx li l-Maltin u t-turisti li se jgawdu dawn il-bajjiet, ftit li xejn jgħaddilhom ħsieb dwar dak li jkun sar qabel, iżda fil-fatt, dan il-proċess rigoruż jinvolvi operazzjoni loġistika sħiħa, fejn aktar minn ħamest elef tunnelleta ta’ ramel twassal minn Akaba fil-Ġordan għal Malta.
Dan sar wara tender mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lill-Focal Maritime Services, dwar it-tagħbija tar-ramel, u ċ-chartering ta’ vapur apposta biex iġorr din il-merkanzija.
Dawn iż-żewġ bajjiet huma popolari ħafna u issa l-viżitaturi jistgħu jżuruhom u jgawduhom fi tnejn mill-isbaħ żoni tal-kosta Maltija.