Hekk kif ninsabu fl-aktar ġimgħa bieżla għall-Ajruport Malti, l-istess ajruport ippubblika pariri li jistgħu jsegwu passiġġieri sabiex iħarsu l-ambjent.
NAQQAS
Bagalja eħfef tfisser inqas emmissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Apparti minn hekk, tista’ tħalli l-karozza tiegħek id-dar u asal sal-ajruport ma’ ħaddieħor. Apparti minn hekk, fil-ġurnata tal-lum m’għandekx bżonn boarding pass f’idejk. Aqbad u eqleb għal boarding pass elettronika li hija ħafna iktar konvenjenti.
ERĠA’ UŻA
Jekk hemm alternattiva aktar sostenibbli, uża lilha. Ġorr basket taċ-ċarruta u flixkun li tista’ terġa’ tuża u jekk ikollok aptit tazza kafè, tixrobx minn tazzi li ser tarmi wara li tlesti. Ristoranti fl-Ajruport internazzjonali għandhom diversi alternattivi.
IRRIĊIKLA
Kun af x’qed tuża u tarmi. B’hekk tkun tista’ tissepara l-iskart tiegħek f’kontenituri li huma mxerrdin madwar it-terminal tal-Ajruport Internazzjonali Malti.