Ir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar mezzi differenti li wieħed jista’ juża sabiex jagħmel appuntament biex iżur lil xi ħadd.
Wieħed jista’ jagħmel appuntament biex iżur lill-anzjani f’San Vinċenz jista’ jsir permezz ta’ telefonata fuq 22912373 jew inkella permezz ta’ email fuq: svpr-customercare.mfcs@gov.mt.
Meta tintbagħar email, huwa importanti li l-qraba jinkludu l-isem tar-resident/a, is-sala f’San Vinċenz li fih jgħix/tgħix, isem il-viżitaturi (sa 2 persuni f’kull ħin), in-numru tal-identità kif ukoll id-data u l-ħin taż-żjara (bejn l-10:30am u 12:00pm jew bejn l-4:00pm u s-7:00pm).
Wieħed għandu jikteb n-numru tat-telefon jew tal-mobile sabiex l-istaff ta’ San Vinċenz ikun jista’ jikkuntattja lill-qraba f’każ li jkun hemm bżonn ta’ xi kjarifika.