Għal ħafna, l-ewwel jum tas-sena jissimbolizza bidu ġdid, imqar jekk dan ikun wieħed marbut mal-kalendarju biss.
Madankollu, dan iż-żmien marbut mal-festi huwa sinonimu ma’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-familji u l-ħbieb flimkien.
ONE News niżel fit-toroq prinċipali tal-Belt u staqsa lin-nies dwar kif se jqattgħu l-ewwel jum tas-sena l-ġdida, anki jekk b’differenza minn snin oħrajn minħabba s-sitwazzjoni preżenti u ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-Covid-19.
Ħafna qalulna li se jqattgħu dan il-jum id-dar jew ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom.
Ma naqsux ukoll dawk li għalkemm ninsabu fl-aħħar ġranet tas-sena, għadhom ma jafux kif se jibdew is-sena l-ġdida.