Lejlet l-aħħar tas-sena. Żgur li ħafna nies se jkunu ħerqana biex f’ambjent festiv jsellmu s-sena elfejn u tmintax u jagħtu merħba lis-sena ġdida, bl-opportunitajiet u l-isfidi li din se ġġib magħha.
Iżda kif se jkunu qedgħin iqattgħu l-aħħar sigħat tas-sena l-Maltin?
ONE News niżel fit-toroq tal-Belt u kienu bosta li qalulna li jippreferuli jibqgħu ġewwa jiċċelebraw mal-familja. U bħal ma hemm min se jibqa’ ġewwa, hemm min se jisfida t-temperaturi kisħin li mistennija jaqgħu fl-aħħar lejl tas-sena, u joħorġu jiċċelebraw barra.
Ma jistax jonqos li jkun hemm min jerħila lejn il-Belt, eżattament fi Pjazza San Ġorġ, għaċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali li issa daħlu sew fil-kalendarju Malti, fejn din is-sena se tagħti spettaklu l-kantanta popolari Ira Losco. Aħna u niltaqgħu man-nies, spikka kumment ta’ mara li se tqatta’ l-aħħar lejn tas-sena ‘l bogħod miċ-ċelebrazzjonijiet. Fil-fatt, hija se tkun ma żewġha li sfortunatament jinsab rikoverat.
Intant ONE NEWS tkellem ma’ Mark Vella Gera, bassar tat-temp mill-paġna Malta Weather li stqarr magħna li ma tantx kellhom aħbar sabiħa għal-lejla għax mistennija ħalba xita li jistgħu jkunu b’silġ żgħir
ONE NEWS jawgura s-sena t-tajba lis-segwaċi kollha tiegħu, u jekk se tqatta’ l-lejla barra nħeġġukom tilbsulu sew u tieħdu l-umbrellel magħkom.