Waqt li ninsabu ftit sigħat biss il bogħod mill-bidu tas-sena l-ġdida, il-Maltin u l-Għawdxin jidher li ilhom li ddeċidew kif se jqattgħu lejlet l-ewwel tas-sena.
Crew ta’ ONE News dalgħodu żar il-belt li kienet mimlija bl-attività u staqsejna kif beħsiebhom iqattgħu l-festi ta’ lejlet l-ewwel tas-sena u l-ewwel tas-sena.
Filwaqt li wħud ser jattendu għall-attivitajiet li se jkun hemm fil-Belt, oħrajn qalu li se jiċċelebraw fil-kenn ta’ djarhom mal-għeżież tagħhom u jiskappaw xi ftit il-kesħa fina li laqtet lill-gżiritna.
Fil-kummenti tan-nies spikkaw il-valuri u l-kultura tagħna li naqsmu jiem bħal dawn mal-għeżież tagħna. Uħud qalulna:
“Mhux id-dar hux, mal-familja.”
“Jiena għalija tajjeb għax penzjonant jew hemm jew hawn.”
Illum f’nofsinhar nieklu familja bħal għada hux u l-lejla nitilgħu s’hawn jekk iħallina.”
“Illum peresli naqra kesħa nqattgħuh naqra d-dar.”
“Għalkemm jien mill-Belt naf nitla naqra hawnhekk ukoll.”
“Mal-familja ħa nintefgħu.” I am a guest here I am visiting from the US just gonna watch fireworks.”
“Tagħmel party tistieden lil kullħadd tan-naħa tar-raġel.”
“Ħa nkunu flimkien il-lejla jekk alla jrid u nisbħu flimkien filgħodu.”
Għal uħud il-festi jfissru aktar xogħol. Dan għall-fatt li diversi setturi ma għandhomx ħdud u festi u jibqgħu għaddejjin biex joffru servizz lill-pubbliku. Xi wħud stqarrew magħna: “Kif irridu nqattgħuha, xogħol hawnwhekk hux forsi naqilgħu lira għall-familja. Issa naraw hu, xinhu ġej. Kellha bżonn tkun tajba hux.”
Oħrajn esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom bis-sena li ħa tintemm u qalulna li qegħdin iħarsu ’l quddiem għal dak li mistennija toffri s-sena li ġejja. Huma qalulna:
“Pożittività hux vera u dejjem nimxu għall-aħjar kemm fis-saħħa u kemm f’kollox fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.”
“Jalla tkun sena ġid u barka hux.”
“M’għandhiex xi ngerger la konna b’saħħitna dik l-aqwa ħaġa.”
“In all kienet sena pożittivà ħafna u nispera li s-sena d-dieħla tkun aħjar.
“2019 was a spectecular year for me got a new job, been travelling a lot so can’t complain.
“Daqsxejn mard, ferħ kellna wkoll ma mornix ħażin, morna tajjeb ħafna.”
Ta’ Mediterranji li aħna, ma jonqosx ukoll li niċċelebraw dawn il-festi permezz ta’ ikla tajba. U meta ninsabu fuq l-għatba ta’ sena ġdida, ma jonqsux ukoll ir-riżoluzzjonijiet li ħafna drabi jtulu mill-Milied sa San Stiefnu!. Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
“Jiena r-riżoluzzjoni forsi ma nikolx imma naf ma nagħmilhiex.”
“Nagħmel daqxejn ta’ dieta għax kilt ħafna.”
“Dieta u naqtgħu s-sigaretti l-importanti.”
“Ma nagħmilhomx dawk għax niksirhom .”
“Keep a positive mind set.”
“Just do my best whatever it is in my work, in my relationships I will do my best.”