Beda x-xogħol fuq il-breakwater il-ġdid fil-Ponta tal-Qrejten, sabiex b’investiment ta’ b’investiment ta’€4 miljun itejjeb l-aċċess u l-użu ta’ dan il-port.
Il-Breakwater ser inaqqas il-forza tal-mewġ li jidħol f’din il-bajja, ostaklu li kien qed jikkaġuna diversi ħsarat kemm fuq id-dgħajjes tas-sajjieda kif ukoll fuq il-binjiiet tal-madwar.
Dan il-break water ser ikun twil 110 metri u qed jinbena f’fond ta’ 3.5 metri taħt il-baħar u wiesa’ 6 metri.
Ix-xogħlijiet ta’ bħalissa, b’prekawzjonijiet massimi sabiex ma jitħammiġx il-baħar tal-madwar, jikkonsisitu fi tħammil u tqegħid ta’ pilastri.
Ara pass pass il-fażijiet ta’ xogħol fuq dan il-breakwater: