Pjazez ewlenin f’Bormla se jinbidlu f’teatru miftuħ għal Cospicua Short Film Festival.
Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, se jsiru ħames drammi fi pjazez ewlenin ta’ Bormla.
Din l-attivita ser isir wara li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla evalwa tajjeb is-sitwazzjoni, u se jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi assigurata s-saħħa ta’ dawk li se jieħdu sehem u l-udjenza.
Is-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli spjegat x’se jara min se jattendi għal din l-attività: “Ilhom jaħdmu fuq din l-attività sa minn Jannar allura ħassejna li għandna norganizzaw din l-attività u nsegwu l-protokolli kollha.”
Ic-Chairman tal-Fondazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield tkellem dwar l-importanza ta’ attivitajiet bħal dawn.
Huwa stqarr: “Wieħed mill-għanijiet li ngħinu attivitajiet kulturali u allura ħassejna li għandna ngħinu lil din l-attività f’Bormla.”
Il-Ministru għal gvern lokali Jose Herrera tkellem dwar l-importanza ta’ attivitajiet bħal dawn.
Ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjien se jħabbar proġett ta’ ċekkjatur tal-lingwa maltija online.
Il-Cospicua Short Film Festival se jsir bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd. Kull min jixtieq jattendi irid jirriserva postu mal-kunsill lokali minħabba l-imxija.