Priġunieri li tkellmu fil-programm Stat ta’ Fatt spjegaw r-rieda li għandhom biex jibdew kapitlu ġdid meta joħorġu mill-ħabs, fosthom Elaine Rapinett u Pierre Cremona.
Fil-programm spjegaw kif id-droga nqatgħet mill-ħabs, anki jekk uħud minnhom spiċċaw vittmi ta’ dan il-vizzju misħut, fil-ħabs stess.
Intant fil-programm Stat ta’ Fatt imxandar it-Tlieta filgħaxija fuq ONE tkellem id-direttur tal-ħabs. Il-Kurunell Alexander Dalli wieġeb hekk meta mistoqsi dwar żjarat fil-ħabs.