Dalgħodu f’Marsaxlokk Simon Busuttil mar quddiem l-impjant li permezz tiegħu pajjiżna qed igawdi minn enerġija aktar nadifa, bħala parti minn energy mix.
Hemm qal li jiddubita kemm qed taħdem. Saħansitra qal li tinsab fuq cold standby.
Dan ir-ritratt ta’ apparat li jintuża għall-kejl tal-enerġija imeri lil Busuttil għal kollox. Huwa ritratt li ttieħed mill-control room tal-impjant f’Marsaxlokk, fid-09:30 dalgħodu.
Il-power stations ta’ D3 u D4 kienu flimkien qed jipproducu kważi 150MW enerġija filwaqt li Interconnector kien qed jipproduċi 115MW. Dan ifisser li filwaqt li Busuttil kien għaddej jgħid li l-impjant jinsab fuq cold standby, kienet qed tkun iġġenerata din l-enerġija, u ebda heavy fuel oil.
Kien waqt din l-istess konferenza tal-aħbarijiet li Simon Busuttil ikkonferma li jrid lil pajjiżna tmur lura għall-użu tal-aktar żejt li jniġġeż.