Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali dalgħodu juri veduta mill-isbaħ tal-Gżejjer Maltin mill-kosta ta’ Ragusa fi Sqallija.
Wieħed jista’ jara t-tliet għoljiet ta’ Għawdex u biċċa minn Malta mit-triq provinċjali li tgħaqqad il-Marina ta’ Ragusa mar-raħal ta’ Camemi.
Huwa mifhum li għal bosta turisti li jżuru dawn l-inħawi pittoreski ta’ Sqallija, din hija l-ewwel veduta tal-Gżejjer Maltin.