Il-park Nazzjonali ta Ta’ Qali ttrasforma ruħu biex jilqa’ għal festival SummerDaze, avveniment mifrux li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-awtorità tat-Turiżmu, b’kollaborazzjoni mal-BBC Radio 1, Dance stage u Creamfields.
Għalkemm tul il-jum tal-Erbgħa kien hemm problemi ta’ temp tant li kellu jseħħ xi tibdil ,il-Kap tad-Dipartiment tal-Avvenimenti fl-Awtorità tat-Turiżmu, Lionel Gerada stqarr ma’ One News ,li tul il-jum tal-Ħamis kollox se jsir kif skedat.
Lionel Gerada mill-Awtorità tat-Turiżmu stqarr li “Ir-riħ kien qed javiċina l-forza 7, fejn aħna ħadna l-miżuri kollha possibli fejn aħna ma rriskajajna xejn il-health and safety ta’nies tiġi l-ewwel u qabel kollox”.
Il-gvern għażel li jappoġġja l-festival għal darb’oħra wara s-suċċess tas-sena l-oħra. Għalhekk daħal dan l-avveniment fil-kalendajru annwali tas-sajf.
Għal dan l-avveniment qed jattendu bosta nies, l-aktar turisti. L-artisti li se jipparteċipaw fil-festival jinkludu lid-DJ David Guetta , il-hiphop artist Tyga u l-kantant James Arthur kif ukoll bosta DJ’s Maltin.
Gerada sosna li “Fil-fatt aħna qed ibassru li 60% tat-turisti b’kuntratt tal-40% tal-lokal,nistgħu ngħidu li dan l-avveniment se jkun l-akbar avveniment tal-Awtorità tat-Turiżmu Maltija”.
Il-kunċert SummerDaze ta’ din is-sena se jkun iffukat aktar fuq l-aspett ambjentali, b’iktar viżjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart.
“Neħħu 70% tal-plastik single-use, fejn din is-sena se jkun hemm tazzi li jistgħu jinxtraw għall-prezz ta €2 u l-isbaħ ħaġa dwarha hija li qegħdin nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna li huwa il-futur u ngħinu wkoll il-karità meta l-flus se jmorru għal fondazzjoni Marygold u Comunity Chestfund” temm jgħid Gerada.