Bid-differenzi fil-ħin tal-pajjiżi, il-bidu ta’ sena ġdida jieħu 26 siegħa biex ikun iċċelebrat madwar id-dinja.
Dan jiġi ċċelebrat bi stili differenti madwar id-dinja bil-logħob tan-nar tista’ tgħid li jkun protagonist f’kull ċelebrazzjoni.
F’Londra spikkaw iċ-ċelebrazzjonijiet kbar ħdejn dik magħrufa bħala l-London Eye. F’Edinburgh ċ-ċelebrazzjonijiet kienu ftit iżjed sempliċi. Iċ-ċelebrazzjonijiet f’Ruma jidher li kienu kbar, għalkemm forsi xi ftit tradizzjonali.
L-istess jiġri fil-Belt Kapitali tal-Ġermanja Berlin. Ċelebrazzjonijiet kbar u sbieħ kienu dawk f’Pariġi fl-isfond tal-Arc de Triomph. F’Dubaj intuża l-ogħla bini fid-dinja, il-Burj Khalifa, biex fuqu saru projezzjonijiet li laqgħu s-sena l-ġdida. It-Tajlandiżi wkoll jagħmlu użu mill-bini modern u għoli. Fl-Amerka ċ-ċelebrazzjonijiet kienu kemxejn iżjed kummerċjali.
Tara waħda u tinsa l-oħra. Li hu żgur hu li kull min attenda għal xi waħda minn dawn il-wirjiet, kellu bidu memorabbli għall-2019.