Wara ħidma sfiqa lejl u nhar minn diversi ħaddiema, Triq Reġjonali reġgħet infetħet għall-pubbliku. Din it-triq – li jgħaddu minnha eluf ta’ karozzi kuljum, infetħet mill-ġdid jiem qabel il-festa ta’ Santa Marija.
Minn kmieni s-Sibt filgħodu, il-pubbliku seta’ jagħmel użu mis-sitt korsiji u seba’ junctions li ġew imtejba permezz ta’ dan il-proġett.
Bi 3 karreġġjati f’kull direzzjoni bejn il-mini f’Tal-Qroqq u dawk f’Santa Venera, huwa mistenni li jonqsu r-riskji għall-inċidenti filwaqt li tiżdied l-effiċjenza.
Il-Pont li jgħaddi minn fuq Triq il-Wied fl-Imsida nbena mill-ġdid u llum huwa wieħed mill-iżjed strutturi wesgħin tax-xorta tiegħu f’Malta.
Il-korsiji l-ġodda mistennija jtejbu s-sigurtà f’kull direzzjoni lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż, u se jonqos il-ħin li wieħed idum jistenna biex jgħaddi minn din it-triq.