Kważi sentejn wara li nħaraq il-Katidral ta’ Notre-Dame f’Pariġi, sar l-ewwel kunċert f’Jum il-Milied.
Il-membri tal-kor żammew id-distanza soċjali u kienu lebsin ilbies prottetiv minħabba li għaddejja l-kostruzzjoni f’dan l-istess kaditral.
F’Bethlehem, il-post fejn twieled Ġesù Bambin saret il-quddiesa fil-Knisja tan-Nattività. Din is-sena kien hemm inqas nies preżenti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Il-parata tradizzjonali li ssir fit-toroq tal-istess belt, saret xorta waħda iżda f’toroq vojta minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija.
F’Sydney fl-Awstralja, it-temp ħażin żamm ħafna nies ma jmorrux lejn il-bajja ta’ Bondi, destinazzjoni li bħal-lum tiġbed ħafna nies lejha.
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-quddiesa tradizzjonali tal-Milied saret online, b’Ġesù Bambin fil-qofol ta’ kull ċelebrazzjoni.