Hekk kif bħalissa ninsabu fl-istaġun sħun tas-sajf, is-Soċjetà Maltija għall-Kura u l-Protezzjoni tal-Annimali, l-MSPCA fakkret lis-sidien tal-annimali x’miżuri għandhom jieħdu biex lill-annimali tagħhom itaffulhom xi ftit mis-sħana, li jkunu qegħdin iħossu.
L-MSPCA fakkret li l-klieb għandhom il-glandoli tal-għaraq, u għalhekk hemm bżonn li jiċċaqilqu ta’ spiss sabiex jirregolaw it-temperatura ta’ ġisimhom.
Dawn huma l-miżuri lis-sidien tal-klieb għandhom jieħdu, sabiex iżommu temperatura tajba f’dawn it-temperaturi sħan:
• Toħroġx il-kelb tiegħek f’nofs il-ġurnata. Oħroġhom fil-bidu jew lejn tmiem il-ġurnata, meta t-temperaturi jkunu aktar baxxi. Tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li l-bankini ikunu jaħarqu wisq għall-annimali.
• Ara li l-annimal domestiku tiegħek ikollu aċċess għal żona fid-dell.
• Ara li l-annimali għandu xugamann u pakkett tas-silġ, biex iżommu rwieħhom friski.
• Ara li għandhom biżżejjed ilma u tista’ żżid is-silġ fl-ilma.
• Qatt tħalli l-annimali domestiċi tiegħek fil-karozzi.
• Jekk il-kelb jew il-qattus tiegħek għandu suf abjad, agħmillhom il-krema tax-xemx, b’mod partikolari fil-ponta ta’ widnejhom u mneħrihom biex jevita xi ħarqa tax-xemx.
Dawn huma sett ta’ miżuri li wieħed jista’ jieħu biex, jipproteġi lill-annimali minn xi attakk tas-sħana fil-jiem sajfin, waqt li jkunu ġewwa:
• Ara li l-kelb jew qattus tiegħek ikunu f’post frisk, billi tixegħlilhom xi fann jew l-arja kundizzjonata.
• Ara jridux jixorbu l-ilma aktar ta’ spiss. Imma tisfurzahomx. Huwa importanti li tagħtihom ilma kiesaħ.
Dr Rebecca Hampson mill-MSPCA qalet ukoll li huwa importanti li jekk tinduna li l-annimal domestiku tiegħek qed ibati minn xi attakk tas-sħana tikkuntattja lill-veterinarju tiegħek.