Dik li kellha tkun btala għal Doreen u Lorry pulis, inbidlet fi traġedja li ħasditilhom ħajjithom fl-età ta’ sebgħa u ħamsin u tmien u ħamsin sena rispettivament. dan hekk kif il-koppja minn birżebbuġa tilfet ħajjitha f’inċident fatali tat-traffiku f’sydney viċin campbelltown.
Doreen u Lorry mietu f’karozza li kienet involuta f’ħabta frontali ma’ trakk. mad-daqqa l-karozza li kienet misjuqa minn ħu doreen baqgħet dieħla f’ ilqugħ fil-ġenb tat-triq. Doreen titlef ħajjitha flimkien ma’ ħuha ta’ 74 sena li tant kienet ilha ma tara u li ħadmet qatigħ biex tkun tistà terġà tingħaqad miegħu.
Raymond Cann, il-kuġin ta’ doreen tkellem magħna dwar l-qatgħa li ħa meta tgħarraf bl-aħbar tad-diżgrazzja. Sostna li ma jistax jemmen li dawk li kellhom ikunu ġimgħat ta’ mistrieħ għal din il-koppja nbidlu f’jum li kellu jwassalhom għall-mistrieħ ta’ dejjem.
It-tliet maltin ingħataw l-ewwel għajnuna mit-tobba li waslu fuq ix-xena tal-inċident fi ħdax-il ambulanza u ħelikopter – flimkien mal-pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili. madankollu doreen u lorry mietu flimkien fuq il-post.
Is-sewwieq u l-passiġġiera l-oħra li kienu fit-trakk, raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena u mara ta’ sitta u sebgħin sena ttieħdu l-isptar iżda mhumiex fil-periklu tal-mewt.
Raymond qasam magħna l-ewwel ħsibijiet li għaddewlu minn moħħu meta rċieva dik it-telefonata li ħadd ma jkun irid jirċievi.
Kont qed naħdem hawn u ċemplet il-mobile u qbadtu u min ċempilli bdiet tibki għidtilha x’ġara? qaltli mietet il-kuġina għidtilha liema waħda? qaltli li għadha kemm marret l-awstralja qaltli u r-raġel tagħha… jien ħsibthom qed jiċċajtaw… nħsadt jien u mort ngħid lil mara għidtilha bil-mod, għax tbati b’qalbha u ċempilt l-oħti għax dejjem joħorġu bil-mutur kull nhar ta’ ħadd flimkien imbagħad bdew iċemplu… u qaluli vera mietet.
Doreen u Lorry ħallew warajhom lil binhom, lin-neputijiet u lil qraba tagħha. raymond qal li ma jistax jemmen li mhux se jerġà jkellimhom jew jismà leħinhom.
L-Ispettur responsabbli mill-investigazzjoni, Stephen Fulton, spjega li l-karozzi kellhom ħsarat estensivi u li l-paramediċi sabu fuq il-post numru ta’ persuni li raw l-inċident jiġri quddiem għajnejhom, li ddeskrivew l-inċident bħala wieħed kbir ħafna.
I heard a crash a very loud sound so i decided to look out of the window and we saw a lot of ambulance, police and fire brigade going down the street. && something a bit unusual as we heard many sirens and the helicopter was there.